Maltese Sunday newspaper talking about property and introducing this new concept


JaneChircop, Agenta tal-Proprjetà
Ilha tahdem fil-qasam tal-proprjetà sa mill-1995 u llum il-gurnata ghandha negozju privat. Temmen li l-Gvern jista’ jaghmel hafna aktar biex jagevola lil dan is-settur li huwa tant importanti ghall-ekonomija ta’ pajjizna.
KRISTA CARUANA ltaqghet ma’ JANE CHIRCOP u tkellmet maghha dwar il-karriera taghha u anke dwar l-isfidi li qed jaffaccja dan is-settur bhalissa.

Kemm ilek fil-qasam tal-proprjetà u kif bdejt f’dan in-negozju?

Ilni f’dan il-qasam mill-1995 wara 14-il sena infermiera fl-isptar San Luqa. Wara 7 snin nahdem bhala ‘Property Negotiator’, fejn gbart esperjenzi fl-istess settur u bil-kuragg tal-klijenti tieghi u diversi hbieb, ftaht in-negozju tieghi fl-2003.

Liema huma l-akbar sfidi li taffaccja kuljum fejn jidhol in-negozju tal-proprjetà?

L-ikbar sfida li nsib f’dan is-settur huwa l-fatt li m’huwiex regolat. Nies individwali li ma jipprattikawx il-professjoni, jidhlu ghal senseriji ghax huwa mod kif jaghmlu l-flus. Ghalkemm ma jkunu qed jaghmlu xejn illegali, dawn xorta wahda m’humiex regolati.
Nittama li dan jigi immedjatament rivedut u l-bejgh tal-proprjetà jigi maghmul min-nies illicenzjati bhal kull qasam finanzjarju iehor. Il-holma tieghi hi li jkun hawn skola tan-negozju biex tharreg Real Estate Agents bhal m’hemm f’pajjizi ohra Ewropej sabiex anke pajjizna jkun fuq l-istess livell ta’ pajjizi ohra barranin.

Mill-esperjenza li ghandek f’dan il-qasam, rajt xi tip ta’ tibdil fis-suq tal-proprjetà f’pajjizna matul is-snin? Jekk iva x’tip ta’ tibdil kien hemm?

It-tibdil fis-suq tal-proprjetà huwa kbir u kontinwu, kemm fil-prezzijiet, kif ukoll fl-akkomodazzjoni. Fi zmien mhux ‘il boghod, in-nies kienu jixtru aktar djar u terrani u l-akkomodazzjoni kienet iktar addattata ghall-familji.

Niftakar zmien fejn meta kont tghid li ha tixtri appartament, kienet tkun l-ahhar ghazla. Illum li tixtri akkomodazzjoni saret iktar tqum flus u l-kwalità sfortunatament naqset hafna.

Kien hemm zmien ukoll fejn kien hawn domanda kbira ghall-farmhouses u houses of character bil-gonna kbar. Dawn kienu jigu rrinovati ghall-htigijiet ta’ dan is-seklu. Id-domanda kienet kbira hafna.

Wahda mill-mizuri ewlenin li thabbru fil-Bagit 2012 u li zgur se tolqot direttament lill-qasam tal-proprjetà hija z-zieda fil-prezz tas-siment. Kif qed thares lejn mizura bhal din u x’konsegwenzi tahseb li jista’jkollha fuq is-suq tal-bejgh tal-proprjetà f’pajjizna?

Jien onestament nahseb li din it-taxxa kienet zejda u mhux flokha u zgur li se jkollha effetti negattivi fuq is-suq tal-proprjetà. Il-prezz tal-proprjetà addattata ghall-koppji zgha-zagh, digà mhijiex qieghda tintlahaq finanzjarjament.

L-izviluppaturi mill-banda l-ohra, ikollhom jghollu l-prezz, ghax m’ghandhomx ghazla ohra. F’atmosfera ta’ ricessjoni u krizijiet m’huwiex ghaqli li l-prezzijiet ikomplu joghlew ghax nistagnaw is-suq. Il-koppji meta jmorru jitolbu ghas-self mill-banek lokali ma jikkwalifikawx skont id-dhul taghhom.

Ricentament, inti hrigt b’idea innovattiva fejn jidhol il-qasam tal-proprjetà f’pajjizna, liema idea se tkun qed tpoggi lil pajjizna anke fuq il-mappa tad-dinja fejn jidhol dan il-qasam. X’jinvolvi dan il-kuncett?

Dan il-kuncett se johloq spirtu intraprenditorjali bbazat fuq l-ekonomija gdida ta’ innovazzjoni u kreattività fil-Gzejjer Maltin, industrija eco-friendly u mezz kif nistghu ingibu aktar turizmu lejn pajjizna.
Din hija idea unika mfassla minn Sapphire Real Estate Services biex nippromwovu l-kwalità u nghatu identità lid-djar antiki u villel klassici Maltin u Ghawdxin fis-swieq barranin.
Dan il-kuncett jikkonsisti f’portofolio, magazine online fejn naghtu ghazla lis-sidien, b’kuntatt dirett mal-klijenti prospettivi flimkien man-nies professjonali li huma ta’ fiducja taghna biex il-bejgh isehh.
Dan il-kuncett jaghti identità specjali lil kull proprjetà, prominenza lill-villagg, u laqam sabiex il-proprjetà nidentifikawha bil-fatturi pozittivi taghha. Jinghata wkoll certifikat ta’ garanzija li l-proprjetà hija awtentika, parti mill-kuncett u parti mill-patrimonju Malti.
Peress li s-suq Malti, li hu wkoll inkluz, ser ikun bonus, dan se jiffranka spejjez kbar lis-sidien, filwaqt li nkunu kompetittivi fis-swieq barranin, u hija l-ghodda fejn flus il-Maltin, li l-bicca l-kbira minnhom huma l-werrieta ta’ dawn il-proprjetaijiet, ikunu jistghu jsarrfu l-proprjetà taghhom fi flus biex b’hekk niggeneraw l-ekonomija pozittiva go pajjizna. Din toffri ghazla lill-klijenti bejn il-mod tradizzjonali ta’ kif isir il-bejgh u din l-idea innovattiva.

Bhala negozjanta fil-qasam ta-proprjetà, xi thoss li jista’ jsir aktar min-naha tal-Gvern, biex dan il-qasam jinghata aktar spinta u jsir aktar sostenibbli u jiggenera aktar l-ekonomija billi johloq aktar opportunitajiet godda ta’ xoghol?

F’dan il-bagit, il-Gvern introduca inizzjattiva pozittiva hafna fejn inghatat ghajnuna biex isir r-restawr tad-djar antiki fil-qalba tal-villagg. Tghin ukoll il-fatt li tnehha l-boll meta wiehed mill-werrieta stess jixtri l-proprjetà.

Dan huwa punt ta’ tluq fid-direzzjoni t-tajba. Inizjattivi ohra jistghu jittiehdu favur il-koppji zghar li se jixtru l-ewwel dar, li l-boll ma jithallasx fuq ix-xiri sakemm dawn ma jbieghux il-proprjetà fi zmien hames snin. Altrimenti, il-boll jithallas kif suppost. Fl-opinjoni tieghi dan izomm il-prezzijiet stabbli u jnaqqas spekulazzjonijiet zejda.

Il-‘Capital Gains Tax’ li hija dovuta mill-bejjiegh tista’ tonqos ghal 7%, taxxa ta darba, biex jiggenera iktar negozju.
Il-valutazzjoni fiskali li ssir mill-periti tal-Gvern, ghandha ssir fil-perijodu ta’ bejn il-konvenju u l-kuntratt peress li l-ligi tobbliga li l-konvenju jigi rregistrat f’dak il-perijodu u mhux sena wara.

Il-valutazzjoni tal-perit wara sena mill-bejgh, hija surreali ghall-fatt li l-valur tal-proprjetà jinbidel u ma jirriflettix il-prezz ta’ meta nxtrat il-proprjetà.

Hekk qed noholqu sens ta’ spekulazzjoni indiretta. L-investituri barranin imhawdin hafna b’din is-sistema ghaliex ma tezisti mkien fil-pajjizi Ewropew. Inizjattiva ohra li jista’ jwettaq il-Gvern hi li ghandu jghaqqad il-kuntratturi bhala tim mieghu, u jinghataw progetti magguri tal-Gvern, u b’hekk jinstab bilanc ghal aktar zvilupp sostenibbli bhal ‘Social Housing’ u progetti infrastrutturali.

Finalment, ghalija s-settur tal-kiri huwa importanti hafna u ghandu rwol ghall-ekonomija Maltija fejn is-sidien tal-proprjetà jikru lil terzi persuni. Dan huwa mod iehor ta’ kif jista’ jinholoq ix-xoghol, però ghad m’hemmx qafas legali kif jista’ jimxi ‘l quddiem.

Fl-opinjoni tieghi, ghandhom jigu identifikati d-drittijiet tas-sidien u l-kerrejja. Il-Bord tal-Kera ezistenti ghandu jitlah-ham u jinghata poter, fejn certu dizgwid bejn il-partijiet jigu solvuta minn dan il-bord minghajr bzonn ta’ qrati.
Soluzzjoni ohra li tghin hafna hija li tithallas licenzja annwali bhal per ezempju tal-karozzi skont il-kategoriji, u b’hekk il-Gvern ikollu dhul definit fis-sena.

It-taxxa annwali fuq il-profitt ghandha titnehha ghar-raguni li s-sidien ikollhom spejjez kbar ta’ ‘wear and tear’, tindif u manutenzjoni kontinwa li jaghmluha impossibbli li l-investitur Malti jew barrani jithajjar jixtri proprjetà biex jikri.
Id-dhul dirett ghall-Gvern minn din l-inizjattiva, ikun mill-VAT li tingabar meta s-sidien jixtru u jaghmlu dawn ix-xoghlijiet mehtiega biex il-proprjetà taghhom tinzamm f’livell Ewropew.

>> Original Source Here